Kenneth Vella
Il-Franċiż Invite De Star, misjuq minn Jason Zahra, rebaħ l-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper, organizzata bl-għajnuna ta’ Gain Equine Nutrition u fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mill-ħdax-il laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott.
Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Oro Doc (Carl Caruana) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn King Of Terrail (Charles Camilleri) u Invite De Star (Jason Zahra). 400 metru mit-tmiem Oro Doc beda jnaqqas mill-pass u eventwalment inqabeż minn Invite De Star li ħa t-tieni rebħa tas-sena mill-favorita Head Over Heels (Fredrick Mallia). Idoline (Rodney Gatt) u Influx Du Parc (Ramon Briffa) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Fi tmiem il-finali, Alessandro Grech, f’isem l-isponsors, ippremja lil Charles u Jason Zahra, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ.
Il-laqgħa inkludiet ukoll l-ewwel leg mill-kampjonat tal-Mediterran, fejn is-sewwieqa saqu żwiemel mill-klassi Silver. Fuq distanza ta’ 2140m temm rebbieħ, Rodney Gatt permezz ta’ Satellit L.A. li ddomina tul id-distanza. Dan minn Embleme Castelets misjuq mis-Serb Boris Kecenovic u Excellentissime taħt il-gwida tal-Franċiż Jean Charles Feron. Erwinn De Beaum (Paul Galea) temm warajhom f’dik l-ordni.
Saret ukoll l-ewwel leg mill-kampjonat tal-gżejjer bejn sewwieqa Maltin u Sqallin. Din ġiet iddominata minn sewwieqa Maltin, b’Paul Galea jkun il-ħin kollu quddiem bid-debuttant Hercule Des Pres. Dan temm l-ewwel faċilment minn Oyess LJ (Rodney Gatt) u Ermes Jet (Noel. Baldacchino). Galeo Du Portugal (Kirsten Axisa) temm fir-raba’ post.
Il-programm tal-Ħadd inkluda wkoll tiġrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza qasira. Hawnhekk, il-Franċiża Ecume De Furetais (Rodney Gatt) ħadet l-ewwel rebħa tagħha f’Malta.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kaid Des Landes (D. Baldacchino) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Invictus Boy (C. Vassallo) 3. Flexy Vert (P. Galea) 4. Hippolyte De Bois (R. Gatt)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Indigo De Godrel (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 3. Secret Snap (R. Gatt) 4. Guide Imperial (D. Baldacchino)
III Tiġrija. L-ewwel leg Kampjonat tal-Gżejjer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Herucule Des Pres (P. Galea) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. Oyess LJ (R. Gatt) 3. Ermes Jet (N. Baldacchino) 4. Galeo Du Portugal (K. Axisa)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Alinea (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Llama Tooma (J. Vassallo) 3. Halex Dark (C. Vassallo) 4. Stens Wille (D. Cortis)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Nehemiah Boko (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.6” (1.16.8”) 2. Flash Point (M. Debattista) 3. Cristal Pierji (G. Attard) 4. Derby D’Urzy (J. Gafa’)
VI Tiġrija. L-ewwel leg Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Satellit L.A. (R. Gatt) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Embleme Castelets (B. Kecenovic – Serbja) 3. Excellentissime (J.C. Feron – FRA) 4. Erwinn De Beaum (P. Galea)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m 1. Ecume De Furetais (R. Gatt) Ħin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. Summerrazz (P. Galea) 3. Dragster De Bomo (C. Calleja) 4. Call Jack (L. Ghigo)
VIII Tiġrija. Finali Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Invite De Star (J. Zahra) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Head Over Heels (F. Mallia) 3. Idoline (R. Gatt) 4. Influx Du Parc (R. Briffa)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Honneur D’Isques (J. Gafa’) 3. Andover Heaven (P. Galea) 4. Giant Space (R. Gatt)
//= $special ?>