Passiġġieri li kienu ġejjin minn Katanja lbieraħ bil-lejl għaddew minn esperjenza mhux daqstant pjaċevoli meta l-ajruplan tagħhom kellu xi ħsarat.
It-titjira KM 643 kellha titlaq minn Katanja għall-ħabta tal-10:30pm. Iżda spiċċat telqet mill-ajruport Sqalli f’nofsilejl u 20 minuta; bil-passiġġieri jaslu Malta ftit qabel is-1am.
Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li dawk abbord tħallew fuq l-ajruplan waqt li kienu qed jirranġaw il-ħsarat.
Huma spiċċaw fi sħana kbira, u ħafna bdew jilmentaw għaliex ma tħallewx jinżlu.
“Il-kaptan kien qed jgħid li solvew kollox, imma d-dawl ġej u sejjer. U n-nies qed jibżgħu”, qaltilna waħda mill-passiġġieri li kienet fuq din it-titjira. Xi ħadd ieħor li kkuntatjana qalilna li lanqas ilma ma tawhom.
//= $special ?>