Oscar Piastri irritorna lura għal forma tajba wara li kellu tellieqa diżappuntanti l-ġimgħa l-oħra, meta fiċ-Ċina huwa temm fl-ewwel post segwit minn sieħbu tal-istess tim, Lando Norris, biex McLaren ikollhom tellieqa mill-aqwa u li jokkuppaw l-ewwel żewġ postijiet.
Is-sewwieq ta’ Mercedes George Russel jidħol fit-tielet post biex akkumula 15-il punt.
Max Verstappen ma jirnexxilux jispiċċa fl-ewwel post għat-tieni darba konsekuttiva hekk kif is-sewwieq ta’ Red Bull daħal fir-raba’ post.
Isegwu l-Olandiż kien hemm is-sewwieqa ta’ Ferrari Charles Leclerc u Lewis Hamilton li daħlu fil-ħames u sitt post wara li kellhom kuntantt ma’ xulxin fl-ewwel ftit minuti tat-tellieqa li tefgħathom lura minkejja l-bidu tajjeb li kisbu minħabba l-prestazzjoni tajba ta’ Hamilton fl-isprint, madankollu huma ġew diskwalifikati wara t-tiġrija biex b’hekk kienu Esteban Ocon ta’ HAAS u Kim Antonelli li ħadulhom posthom.
Alexander Albon ta’ Williams u Oliver Bearman ta’ Haas, jidħlu s-7 u t-8 post rispettivament.
Lance Stroll fid-disa’ post filwaqt li Carlos Sainz jidħol f-għaxar post.
Pierre Gasly ta’ Apine ukoll ġie diskwalifikat.
//= $special ?>