VALLETTA IZIBET………………… 10
NEPTUNES BEST GYMS……… 11
(1-3), (4-3), (2-3), (3-2)
Gowl lejn it-tmiem ta’ Stevie Camilleri ppremja lil Neptunes bi tliet punti li bihom telgħu fil-quċċata tal-Kampjonat Premier. Kienet logħba pjaċevoli kkontrollata minn Stefan Licari u r-referee internazzjonali Kroat Andrej Franulovic li setgħet marret kull naħa.
Doppjetta ta’ Stevie Camilleri spikkat fl-ewwel sessjoni hekk kif Neptunes bnew vantaġġ ta’ 3-1. Valletta rkupraw fit-tieni sessjoni u skorjaw tliet gowls konsekuttivi sakemm reġa’ kien Camilleri li skorja darbtejn oħra u poġġa lil Neptunes 5-4 minn fuq, distakk ta’ gowl li nżamm sa tmiem is-sessjoni.
Neptunes irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal żewġ gowls fit-tielet sessjoni u kienu 10-8 fl-ewwel parti tal-aħħar sessjoni. Madankollu, Valletta baqgħu jemmnu u l-perseveranza wasslithom biex b’gowls ta’ Max Zammit u Ivan Nagaev ġabu d-draw b’minuta u nofs għat-tmiem. Huma setgħu anki skorjaw il-gowl tar-rebħa b’man-up fl-aħħar minuta li nħadem ħażin, b’Stevie Camilleri jkun l-eroj ta’ Neptunes bil-gowl tar-rebħa 11-il sekonda mit-tmiem.
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud, M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil, K. Borg (1), M. Zammit (2), I. Nagaev (4), S. Micallef, K. Erdogan (2), M. Chircop (1), K. Cremona, G. Borg
Neptunes: M. Castillo, E. Mallia, S. Gialanze, L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta, S. Camilleri, M. Castillo, S. Mifsud, J. Bajada, A. Fava, M. Azzopardi, P. Ransley, M. Ellul
Referees: Andrej Franulovic, Stefan Licari
BIRŻEBBUĠA ASC………………… 4
SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 15
(1-0), (0-3), (1-6), (2-6)
B’wirja li mmaturat fit-tieni parti tal-konfront, San Ġiljan JP Projects kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Giorgios Katsaounis. Il-Ġiljaniżi żammew mal-aspettattiva kontra t-tim modest ta’ Birżebbuġa iżda żgur li l-prestazzjoni komplessiva tagħhom trid titjieb.
Ironikament Birżebbuġa rebħu l-ewwel sessjoni b’gowl ta’ Jake Ciantar. Għalkemm mingħajr wisq intensità, San Ġiljan skorjaw tlieta mingħajr risposta fit-tieni sessjoni. Mal-gowl tal-eks Nicholas Bugelli kmieni fit-tielet sessjoni, San Ġiljan stenbħu u skorjaw sitt gowls konsekuttivi biex aċċertaw mir-rebħa. F’din is-sensiela, spikkaw doppjetti ta’ Nico Schiavone u Matthew Zammit. Huma żammew l-istess andament fl-aħħar sessjoni biex kisbu rebħa kbira li tappnet l-isforzi tal-avversarji.
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, M. Cassar, S. Bezzina, J. Ciantar (1), M. Manara, M. Curmi, N. Saliba, D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino, N. Bugelli (3), S. Livori, J. Saliba
San Ġiljan: M. Bonello DuPuis, D. Bugeja (1), D. Tully (2), G. Bonavia (1), R. Caruana (2), M. Zammit (2), J. Bonavia, B. Plumpton (1), J. Abela, N. Zammit (1), D. Zammit (1), N. Schiavone (4), M. Xerri, L. Dimech
Referees: Massimo Angileri, Richard Magri
TA’ XBIEX AMIGOS………….. 7
EXILES WELBEE’S…………….. 8
(0-3), (3-0), (3-0), (1-5)
Exiles Welbee’s baqgħu b’punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni anki jekk batew biex għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos. Doppjetta ta’ Mark Fenech u gowl bejniethom ta’ Matteo Martellacci taw vantaġġ ta’ 3-0 lil Exiles fl-ewwel sessjoni u sa dak il-ħin kollox deher faċli. Madankollu r-reazzjoni ta’ Ta’ Xbiex kienet superlattiva hekk kif doppjetta ta’ Francesco Scardino u gowl ta’ Ayrton Camenzuli annullaw id-differenza fit-tieni sessjoni.
Ir-ritmu li bena t-tim ta’ Matthew Pace kompla fit-tielet sessjoni u ġustament dawru r-riżultat tant li kienu huma li din id-darba kellhom vantaġġ ta’ tliet gowls. Exiles kienu kostretti li jirkupraw kollox fl-aħħar sessjoni. Sa nofs l-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex kien għad kellhom vantaġġ ta’ 7-5 iżda gowls ta’ Luke Hyzler, Matteo Martellacci u Giancarlo Gatt spiċċaw biex xeqilbu l-miżien favur it-tim ta’ Niki Lanzon.
Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli (3), L. Grech Carr, A. Formosa, C. Busuttil, F. Scardino (2), J. Zammit, N. Bonavia, J. Culic (1), Z. Bartolo, T.J. Mifsud, A. Theuma, S. van Wyk (1)
Exiles: A. Borg Cole, T. Agius (1), Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (2), G. Gatt (1), M. Fenech (2), K. Griscti (1), L. Hyzler (1), K. Tanti, K. Navarro, M. Paris Roding, L. Falzon, M. Naudi
Referees: Alex de Raffaele, Ronnie Spiteri
Klassifika tal-Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Neptunes | 6 | 3 | 2 | 1 | 69 | 50 | 13 |
San Ġiljan | 6 | 4 | 1 | 1 | 73 | 50 | 13 |
Sirens | 6 | 3 | 2 | 1 | 50 | 47 | 12 |
Sliema | 6 | 3 | 1 | 2 | 61 | 47 | 10 |
Valletta | 6 | 1 | 2 | 3 | 70 | 78 | 6 |
Birżebbuġa | 6 | 0 | 0 | 6 | 40 | 91 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu: Sliema v Birżebbuġa 8.20pm
Is-Sibt 29 ta’ Marzu: San Ġiljan v Valletta 4.10pm, Neptunes v Sirens 5.20pm
Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Exiles | 6 | 6 | 0 | 0 | 76 | 39 | 18 |
Marsaxlokk | 6 | 3 | 1 | 2 | 57 | 57 | 11 |
Ta’ Xbiex | 5 | 2 | 1 | 2 | 44 | 46 | 8 |
Otters | 5 | 2 | 2 | 1 | 45 | 37 | 8 |
Marsaskala | 4 | 1 | 0 | 3 | 41 | 46 | 3 |
Barracudas | 6 | 0 | 0 | 6 | 48 | 86 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu: Ta’ Xbiex v Otters 6.00pm, Exiles v Marsaxlokk 7.10pm
Is-Sibt 29 ta’ Marzu: Marsaskala v Barracudas 3.00pm
//= $special ?>