Illejla, fil-Parlament, inkixef dak li ilu jaħbi l-Prim Ministru Robert Abela hekk kif kellu jammetti li l-Forzi Armati ta’ Malta qed jieħdu sehem f’missjoni ta’ assistenza militari għas-suldati Ukreni.
Il-missjoni tal-UE hi dwar: “𝗧𝗵𝗶𝘀 𝘀𝘂𝗽𝗽𝗼𝗿𝘁 𝗶𝗻𝗰𝗹𝘂𝗱𝗲𝘀 𝘂𝗻𝗽𝗿𝗲𝗰𝗲𝗱𝗲𝗻𝘁𝗲𝗱 𝗮𝗶𝗱 𝗮𝗻𝗱 𝗮𝘀𝘀𝗶𝘀𝘁𝗮𝗻𝗰𝗲 𝘁𝗼 𝗨𝗸𝗿𝗮𝗶𝗻𝗶𝗮𝗻 𝗔𝗿𝗺𝗲𝗱 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲𝘀, 𝗶͟𝗻͟𝗰͟𝗹͟𝘂͟𝗱͟𝗶͟𝗻͟𝗴͟ ͟𝘁͟𝗵͟𝗲͟ ͟𝗽͟𝗿͟𝗼͟𝘃͟𝗶͟𝘀͟𝗶͟𝗼͟𝗻͟ ͟𝗼͟𝗳͟ ͟𝗺͟𝗶͟𝗹͟𝗶͟𝘁͟𝗮͟𝗿͟𝘆͟ ͟𝗲͟𝗾͟𝘂͟𝗶͟𝗽͟𝗺͟𝗲͟𝗻͟𝘁͟ ͟𝗮͟𝘀͟ ͟𝘄͟𝗲͟𝗹͟𝗹͟ ͟𝘁͟𝗿͟𝗮͟𝗶͟𝗻͟𝗶͟𝗻͟𝗴͟ 𝘁𝗼 𝘁𝗵𝗲 𝗨𝗸𝗿𝗮𝗶𝗻𝗶𝗮𝗻 𝗔𝗿𝗺𝗲𝗱 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲𝘀.”
Dan ikkonfermah Robert Abela fi twegiba għall-pressjoni li saritlu fil-Parlament mill-PN. Għalkemm għall-ewwel, prova jevita għal kollox id-domandi li sarulu mid-deputat Nazzzjonalista Darren Carabott.
Carabott innifsu stqarr: “L-ewwel taparsi “nesa” jirrispondini – imma għax pressat bid-domandi tiegħi – illum tilef l-argument kollu dwar l-armamenti u t-taħriġ.”
“Ħa nkun ċar: il-Partit Nazzjonalista jaqbel u jemmen fid-difiża u s-sigurtà ta’ Malta u tal-Ewropa. U jidher li l-Gvern jaqbel, imma jibqa’ jaħbi,” stqarr id-deputat tal-PN.
//= $special ?>