L-eks kunsillier tal-Labour Charles Cassar issa għażel li jirriżenja definittivament mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-ġimgħa li għaddiet, Cassar kien irriżenja mill-Partit Laburista fl-istess jum li fih ġie elett kunsillier; proprju f’isem il-Partit Laburista. Dakinhar stess, Charles Cassar informa lis-Segretarju tal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar li hu mhux se jservi bħala Kunsillier Laburista, iżda bħala indipendenti. U issa – ġimgħa wara – irriżenja kompletament mill-Kunsill Lokali.
Intant, issa trid issir co-option biex jimtela’ l-post li ġie vakat minn Charles Cassar fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar.