Negozjaturi mill-Istati Uniti għaddejjin bit-taħditiet fl-Arabja Sawdija mal-Ukreni u mar-Russi separatament – dan bil-għan li jkun hemm waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna… sakemm jiġi stabbilit ftehim ta’ paċi.
In-negozjatur Amerikan stqarr li l-President Russu Vladmir Putin irid il-paċi u għaldaqstant matul il-ġurnata tal-lum se jsir progress sostanzjali.
Minn naħa l-oħra, il-President Volodmyr Zelensky stqarr li hemm bżonn li Putin jiġi mbuttat biex iwaqqaf l-attakki fuq l-Ukrajna hekk kif – skont hu – dak li ġab din il-gwerra, għandu jerġa’ jirtiraha.
//= $special ?>