Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal fil-Parlament llejla li l-PN hu konsistenti dwar UE li taħdem għall-paċi waqt li l-Prim Ministru Robert Abela hu difiżiv u b’viżjoni dejqa dwar is-sigurtà.
Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-PN Bernard Grech għamilha meta kien qed jitkellem fil-Parlament wara stqarrija ministerjali tal-Prim Ministru dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-Ukrajina.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch qal li l-Prim Ministru jitkellem fuq il-paċi iżda jibqa’ persuna difiżiva u juri ruħu bl-aktar mod insigur f’Malta u barra.
Hu qal li l-Prim Ministru ma jridx jiċċara d-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet umani u għalih dawn il-mistoqsijiet li jsirulu huma attakkati. Kemm sar sensittiv il-Prim Ministru għax hu insigur u dgħajjef! Meta l-Prim Ministru jitkellem dwar id-drittijiet umani, għandu jiċċara d-dikjarazzjonijiet tiegħu għaliex għadu ma qalx x’inhuma l-punti tad-direzzjoni li jrid jieħu.
Għall-PN, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem huma ta’ għożża u mhux se jippermetti għaqdiet kriminali li jabbużaw mill-bniedem jew gvern li ma jindirzzax il-problemi ta’ eluf ta’ barranin li mhumiex rappreżentati kif suppost.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-PN hu ċar dwar in-newtralità fejn l-UE għandha tibqa’ taħdem bħala forza politika li taħdem għall-paċi fuq il-mejda tad-diskussjoni u d-djalogu. L-UE trid tkun ukoll għaqlija li tinvesti b’mod mod b’saħħtu fid-difiża tal-kontinent għaliex id-diskors biss ma jġibx il-passi iżda li jkun hemm id-diplomazija u l-azzjonijiet għaqlin.
Bernard Grech qal li l-Prim Ministru għandu viżjoni dejqa ħafna dwar xi tfisser sigurtà u difiża u sostna li l-investiment fid-difiża mhumiex investiment fl-armi. Il-Prim Ministru f’Malta jgħid mod u fl-UE jivvota favur id-difiża.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-investiment fid-difiża mhumiex biss fl-armi iżda fl-Access għall-Interpol u l-Europol Databases, b’investiment ta’ €1 miljun, fl-Automated Border Control (ABC) Gates fil-Malta International Airport b’investiment ta’ €1 miljun, fl-Automated Fingerprint Identification System (AFIS) b’allokazzjoni ta’ €2.1 miljun, fix-SharExPlus Project, fl-i2 Software li hum investimenti kontra l-ħasil ta’ flus b’investiment ta’ €1 miljun, fil-Porġett Mirror, fix-xiri tar-Rigid-Hulled Inflatable Boats (RHIBs) b’Investiment ta’ €1.3 miljun u fix-xiri ta’ Bullet-Proof Vests u apparat ta’ komunikazzjoni b’allokazzjoni ta’ €550,000. Dan flimkien mat-titjib tal-Control Room b’investment of €2 miljuni; €1.5 million mill-UE.
Fil-FAM kien hemm investiment ta’ €2 miljuni fil-Joint Military Operations Centre, fil-modernizzar tas-sistemi tal-ajruplani b’investiment ta’ €8 miljuni, investiment ta’ €5 miljuni fis-Search and Rescue Centre u fil-patrol Boat P71 b’investiment ta’ €53 million li wkoll kien kofinanzjat mill-UE.
Il-Prim Ministru ma jitwemminx meta jitkellem għall-gallarija, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni li nsista li l
Prim Ministru għandu jkun konsistenti f’Malta u fl-UE. Hu appella lill-Prim Ministru biex jirrispetta lill-Parlament u lill-poplu Malti għaliex jaf li l-investiment fid-difiża fl-UE hu investiment biex isaħħaħ id-difiża tal-UE u biex l-Ukrajina ma titlifx il-gwerra.
Bernard Grech qal li l-Gvern qed jidher li kważi jixtieq li l-Ukrajna titlef il-gwerra u appella lill-Prim Ministru biex jiddikjara jekk jaqbilx li l-Ukrajina għandha titlef il-gwerra.
Bernard Gerch qal li kieku dan kien il-każ ta’ Malta, il-poplu Malti kien jistenna li jkun megħjun. Il-Prim Ministru għandu jiddikjara wkoll li jkompli jsir investiment fid-difiża f’Malta waqt li d-drittijiet umani għandhom ikunu mħarsa kontra l-kriminali u kontra gvern li għalihom fil-limbu.
Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li fit-3 ta’ Frar 2025 l-Prim Ministru stqarr li l-pajjiż għandu bżonn li jżid l-ispiża tad-difiża tiegħu biex jirrifletti r-realtajiet tal-lum. Fis-6 ta’ Marzu 2025 l-Prim Ministru għamel gabirjola u qal li żieda fl-ispiża fid-difiża isservi biss biex ma sseħħx il-paċi. Liema huwa l veru Robert Abela, dak ta’ Frar jew dak ta’ Marzu?
Beppe Fenech Adami kompla li fil-bidu tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajina, proprju fi Frar 2022 l-Prim Ministru ddikjara li l-pożizzjoni ta’ Malta hija dik ta’ kundanna bla riżerva tar-Russja fuq il-gwerra mibdija mir-Russja konta l-Ukrajina.
Ftit tal-ġimgħat ilu kien qal li l-Ukrajina għandha tagħmel il-kompromessi. Il-Prim Ministru qal li li l-Ukrajina ma tista’ qatt tirbaħ il-gwerra.
Il-Prim Ministru qal ukoll li l-Ukrajina għandha ċċedi mit-territorju tagħha. Bażikament il-Prim Ministru rrepeta in-narrativa ta’ Putin. Liema hu l-vera Robert Abela? Dak li tliet snin ilu meta ħalef li Malta tibqa’ tagħti appoġġ lill-Ukrajina kontra l-aggressjoni Russa jew Robert Abela ta’ Marzu 2025 fejn jirrepeti dak li qed jisħaq fuqu Putin?
Beppe Fenech Adami staqsa lill-Prim Ministru li ftit tal-ġranet ilu rċieva ittra minn individwi li jiddeskrievu lilhom infushom bħala xellugin, fosthom bint Dom Mintoff – Yana Mintoff – li fiha talbu kjarifiki fuq in-newtralità ta’ Malta.
Il-Prim Ministru wieġeb b’ittra lil dawn l-għaqdiet u issa l-Prim Ministru hu mitlub jippubblika din ir-risposta tiegħu. Tista’ tagħti l-kelma tiegħek li se tippubblika din ir-risposta tiegħek? Ma nagħmlux mod li fir-risposta tiegħek weġibt b’mod differenti mill-mod kif tkellimt fuq in newtralità fil-pubbliku fl-aħħar ġimghat u ġranet?, staqsa d-deputat Nazzjonalista.
Beppe Fenech Adami qal li fis-summit tal-ġimgħa l-oħra l-Prim Ministru attenda laqgħa li saret speċifikament dwar il-materja tal-immigrazzjoni fejn saret diskussjoni fuq pajjiżi siguri ta’ ritorn.
Hu staqsa lill-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk il-gvern Malti huwiex iqis il-Libja bħala pajjiż li huwa pajjiż sigur u jistax jgħid jekk fuq din il-materja huwiex jikkonsulta ma’ Alex Dalli, dak li taħtu twettqet tortura fil-ħabs, li taħtu mietu numru rekord ta’ prigunieri u li huwa r-rappreżentant tal-Gvern Malti fil-Libja fuq materji ta’ sigurtà u immigrazzjoni.
Beppe Fenech Adami qal li fis-summit ġiet ukoll dikussa it-traġedja tal-poplu Palestinjan. Hu qal li l-Prim Ministru għandu Deputat Mexxej li jgħid li Malta għandha tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan immedjatament.
Dan filwaqt li l-Prim Ministru għandu l-President tal-Partit Laburista jgħid li Malta għandha tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan immedjatemant u għandu Ministru tal-Affarjiet Barranin, li b’mod stramb ħafna jiżloq minn din il-mistoqsija u mbagħad hemm il-Prim Ministru, taħseb li wasal iż-żmien li Malta bħall-147 pajjiż ieħor tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan.
Beppe Fenech Adami sostna li l-President Trump donnu determinat li jimponi tariffi fuq l-Unjoni Ewropea. Tista’ tassigura lill-poplu Malti li l-Gvern induna b’din it-theddida u tgħid x’sar s’issa mill-gvern biex nilqgħu għal din l-eventwalità? staqsa Beppe Fenech Adami lill-Prim Ministru.
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa lill-Prim Ministru jsemmi okkażjoni waħda li fiha l-Qrati kostituzzjonali ta’ Malta ħolqu ċirkostanzi fejn immigranti li ma jkollhomx dritt għall-ażil fejn ikunu qed jinvolvu f’atti ta’ kriminalità li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn pajjiż minħabba diffikultajiet legali qed ikunu ristretti skont il-Konvenzjoni tad-Drittijiet Fundametali tal-Bniedem. Dan, fil-kuntest li l-Prim Ministru qal li jrid jagħmel riformi fil-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bneidem.
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa wkoll kif jista’ l-gvern jitkellem dwar żewġ stati meta l-Gvern Malti qed jonqos milli jirrikonoxxi stat Palestinjan.
Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello staqsiet jekk fid-diskussjonijiet dwar l-immigrazzjoni saritx riferenza għall-memo li fiha nqtal li l-gvern jirrifjuta li jikkopera f’missjonijiet ta’ salvataġġ.
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott staqsa lill-Prim Ministru jikkonferma jekk il-FAM hux qed jipparteċipaw f’missjoni ta’ taħriġ tal-Forzi Armati tal-Ukrajna u meta dawn is-suldati Maltin bdew jipparteċipaw fit-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Ukrajna.
//= $special ?>