Internazzjonali

Jinqatel mexxej tal-Hamas f’attakk fuq sptar f’Khan Younis

Attakk Iżraeljan fuq sptar f’Gaza ħalla mexxej tal-Ħamas mejjet, il-Ħadd filgħaxija.

Ismail Barhoum, il-Kap tal-grupp finanzjarju tal-Hamas, inqatel f’attakk fuq l-Isptar Nasser f’Khan Younis, fejn huwa kien qed jirċievi trattament mediku wara li kien ferut f’attakk ftit jiem ilu.

Intant, id-dipartiment attakkat kellu jkun evakwat… b’Iżrael jibqa’ jinsisti li l-Hamas juża l-Isptarijiet bħala moħba għall-armamenti tiegħu.