Futbol Sport

L-Ingilterra tikseb it-tieni rebħa fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra ma sabu l-ebda diffikultà biex għelbu lil-Latvja u jiksbu t-tieni rebħa minn żewġ partiti fi Grupp K.

Reece James jiftaħ l-iskor wara 38 minuta, bit-Three Lions jiskorjaw żewġ gowls oħra fit-tieni taqsima minn Harry Kane u Eberchi Eze.

Mill-istess grupp, l-Albanija jegħlbu lill-Andorra 2-0 permezz ta’ dopjetta ta’ Ray Manaj u gowl ta’ Uzuni fl-aħħar sekondi.

Fi Grupp H, dominju assolut mir-Rumanija kontra San Marino hekk kif ir-Rumeni jirbħu bl-iskor ta’ 5-1.

Michele Cevoli jixħet fix-xibka tiegħu stress wara 6 minuti u jagħti l-vantaġġ lir-Rumanija. Fl-ewwel taqsima jiskorja anke Mihai Popescu. Razvan Marin jagħmilhom 3-0 fil-55 minuta meta kkonverta l-penalty tiegħu. Samuele Zannoni jiskorja fis-67 minuta għal San Marino. Finalement ikun Ianis Hagi u Alibec skorjaw gowls lejn it-tmiem

Bosnja u Herżegovina kisbu rebħa important kontra Ċipru ta’ 2-1.

Il-gowls tal-Bosnja kienu skorjati minn Demirovic u Hajradinovic, u dak ta’ Ċipru kien skorjat minn Pittas.

TAZZA TAD-DINJA
KWALIFIKAZZJONI

Illum
Grupp G
Litwanja v Finlandja 2-2
Polonja v Malta 2-0
Grupp H
Bosnja v Ċipru 2-1
San Marino v Rumanija 1-5
Grupp K
Albanija v Andorra 3-0
Ingilterra v Latvja 3-0

Għada
Grupp I
Moldova v Estonja 6:00pm
Iżrael v Norveġja 8:45pm
Grupp J
Liechtenstein v Kazakhstan 8:45pm
Maċedonja ta’ Fuq v Wales 8:45pm
Grupp L
Ġibiltà v Republikka Ċ. 8:45pm
Montenegro v Gżejjer F. 8:45pm