Graziella Galea, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-Parlament li l-inklużjoni għandha tkun parti mill-ħajja ta’ kuljum.
Graziella Galea qalet li ħadd m’għandu jkun eskluż mis-soċjetà u żieded li l-attenzjoni għandha tkun fuq l-abbiltajiet tal-persuni flok id-diżabbiltà. L-ebda persuna b’diżabbiltà m’għandha tagħmel sforz biex issib impjieg għaliex dawn għandhom ikunu inklużi.
Fost id-drittijiet li tkellmet dwarhom id-deputat Nazzjonalista kien hemm dak tal-edukazzjoni li għandha tkun xierqa sa mill-ewwel snin. Għalhekk jeħtieġ iktar nies imħarrġa fis-settur tal-edukazzjoni.
Dwar id-dritt għax-xogħol, hi qalet li dan għandu jkun dak li jixtiequ jagħmlu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex ir-regoli dwar l-impjieg għall-persuni b’diżabbiltà għandhom ikunu segwiti mhux biss biex ma jkunx hemm multi. Dan għaliex ir-riżultati juru li hemm numru ta’ kumpaniji li jippreferu jħallsu l-multa u ma jimpjegawx persuni b’diżabbiltà.
Hi tkellmet dwar l-involviment tal-persuna b’diżabbiltà u appellat biex dawn il-persuni jkunu involuti fid-deċiżjonijiet u mhux dawn il-persuni u l-familjari tagħhom ikunu mismugħa.
Dwar l-assistent personali, Graziella Galea qalet li għandhom ikun hemm l-ikbar inklużjoni u kompliet li l-kunċett tal-assistent personali hu kunċett importanti ħafna. Hi semmiet diversi sfidi fosthom l-attenzjoni personali għall-persuni b’diżabbiltà u l-pagi tal-assistent personali fil-kuntest tar-responsabbiltà li dawn għandhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hemm sfidi biex jinstabu assistenti personali għall-persuni b’diżabbiltà u apellat biex ikun hemm ċentru wieħed għas-servizzi relatati mal-persuni b’diżabbiltà. Sfida oħra hi n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar diversi temi relatati mal-persuni b’diżabbiltà fejn jeħtieġ definizzjoni ċara dwar is-sinifikat ta’ persuni b’diżabbiltà u s-servizzi relatati. Mhux aċċettabbli li jkun hemm abbużi mill-blue badges li jntużaw b’mod irregolari fil-parkeġġi.
Meta tkellmet dwar il-volontarjat, hi qalet li hawn numru ta’ għaqdiet voluntiera u eluf ta’ persuni li jagħtu kontribut f’dawn l-għaqdiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern għandu jżomm il-wiegħdi tiegħu fil-untets għad-diversi vittmi. Hi sellmet lil Dun Anġ Seychell, lil Dun Victor Grech li għamlu tant ġid fis-soċjetà, lill-persuni b’diżabbiltà u l-familajri tagħhom u l-voluntiera f’dan is-settur.
//= $special ?>