Lokali

Taħdita dwar sit ta’ fdalijiet ta’ vapuri fix-Xlendi  

Wirt Għawdex se jorganizza t-tielet taħdita fis-serje tiegħu għal 2025 nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu fis-6.30pm fil-Kappella ta’ Santa Ċeċilja, Għajnsielem. It-taħdita, li se tkun dwar studju ta’ sit ta’ fdalijiet ta’ vapuri kumpless barra x-Xlendi, se ssir bl-Ingliż minn Prof. Timmy Gambin.

Minbarra l-oġġetti viżibbli f’dan is-sit, huwa probabbli li hemm ukoll fdalijiet arkeoloġiċi midfunin taħt is-sediment, minħabba d-depożizzjoni kontinwa tas-sediment mill-wied ta’ Xlendi.

Prof. Timmy Gambin huwa Professur fl-Arkeoloġija Marittima fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’B.A. fl-Istorja u kompla l-istudji tiegħu b’M.A. fl-Arkeoloġija u l-Istorja Marittima fl-Università ta’ Bristol fir-Renju Unit, fejn aktar tard kiseb dottorat fl-istess qasam.

Wieħed mill-aktar proġetti ewlenin tiegħu huwa l-iskavi tas-sit tat-tifrik tal-vapur Feniċju barra Għawdex.

Wara t-taħdita se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet u diskussjoni mal-udjenza