Fl-2024 kien hemm total ta’ 44 student fl-Università ta’ Malta li talbu għall-għajnuna tal-Health and Wellness Centre fl-Universita ta’ Malta stess.
Dan ikkomfermah il-Ministru Clifton Grima fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
B’kollox, fl-Università hemm żewġ full timers Social Workers; żewġ full timers Psychotherapists u żewġ full timers Psychologists. Hemm ukoll ħames part timers li huma Psychologists, ħames part timers Psychotherapists u ħames part timers Counsellors.
Irriżulta wkoll fil-Parlament minn tweġiba oħra għal mistoqsija parlamentari oħra tal-istess Deputat Nazzjonalista, li mill-2020 s’issa, it-total ta’ studenti fl-MCAST li użaw il-Wellness Hub s’issa hu ta’ 878 student.
//= $special ?>