Knisja Kultura Lokali

54 sena ilu Patri Dijonisju Mintoff waqqaf il-Laboratorju tal-Paċi

54 sena ilu twaqqaf il-Laboratorju tal-Paċi.

Dan hekk kif kien Patri Dijonisju Mintoff, li fil-25 ta’ Marzu 1971, ħa wieħed mill-hangars tal-Air Force Ingliżi biex jagħmlu Ċentru ta’ Ħidma Pastorali favur il-Paċi u semmieh għall-Papa Ġwanni XXIII.

Kien proprju aktar tard li fil-post inbena kumpless ġdid li beda jissejjaħ Laboratorju tal-Paċi.

Dan il-Mafkar ta’ Gwanni XXIII qabel kien mitjar u maħzen tal-gwerra. Biddel l-inħawi f’roqgħa ta’ sliem u skiet. Infetaħ minn ħuh il-bidwi Guzeppi Roncalli nhar il-Ħamis 25 ta’ Marzu, 1971. Bil-ħidma tal-Franġiskan Patri Dijonisju Mintoff, bir-rieda sħiħa tal-Kunsill tal-Laboratorju tal-Paċi. Bil-barka tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi. Bis-sensja tal-Provinċjal Patri Wistin Portelli.