Anzjan ta’ 84 sena li kien jaħdem fl-Armata f’kariga għolja, ma nstabx ħati li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi ta’ Pulizija u li wettaq inġurji fil-konfront tiegħu mill-Maġistrat Simone Grech. Alfred Bonniċi li huwa persuna b’diżabbiltà kien qed ikollu problemi ma’ uffiċjali pubbliċi għax ipparkja fuq linji blue, quddiem l-Għassa ta’ Ħal Qormi.
Huwa qal li kellu l-badge l-blue imwaħħla fuq il-windscreen u jipparkja fil-post għax joqgħod 20 metru biss ‘il bogħod mill-Għassa tal-Pulizija. Bonniċi kellu l-kariga ta’ RSM fil-Forzi Armati ta’ Malta u ġie mixli wkoll li fit-28 ta’ Ġunju li għadda għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq il-Kbira, Ħal-Qormi, kiser il-buon ordni u l-paċi pubblika.
Kien qed jiġi mixli wkoll li rrifjuta jagħti dettalji dwaru meta mitlub minn uffiċjal pubbliku, waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Wara li semgħet il-provi u l-filmat preżentat, qieset li l-prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-akkużi fil-konfront tiegħu, Għaldaqstant illiberatu minn kull akkuża.
Għalih deher l-Avukat David Gatt.
//= $special ?>