Internazzjonali

Appelli b’saħħithom biex direttur Palestinjan jinħeles

Id-dinja taċ-ċinema qed titlob għall-ħelsien ta’ Hamdan Ballal – id-direttur Palestinjan rebbieħ tal-Premju oscar għad-dokumentarju ‘No Other Land’.

Jirriżulta li Ballal ġie attakkat minn xi Iżraeljani, u aktar tard ġie arrestat mis-suldati ta’ Netanyahu.

Id-direttur kollega tiegħu qal li Hamdan Ballal inħataf mix-Xatt tal-Punent tul il-jum tat-Tnejn. U hu ġie imsawwat waqt li ttieħed mill-post permezz ta’ ambulanza.

L-Iżraeljani minn naħa tagħhom qed jgħidu li twaddbu xi ġebel lejn il-forzi tas-sigurtà.