David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius qal fil-parlament li l-flus tal-poplu għandhom jintużaw verament għall-ġid tal-istess poplu.
David Agius sellem lill-Arċisoqf Emeritu Pawlu Cremona u qal li l-Arċisqoqf Cremona kien ifisser rispett u irġulija. L-iktar importanti hu li s-soċjetà timxi fuq il-valuri ta’ Monsinjur Cremona. Hu sellem ukoll lil Monsinjur Victor Grech u qal li jeħtieġ li s-soċjetà wkoll timxi fuq il-valuri Kristjani ta’ dawn iż-żewġ pilastri.
Fil-pajjiż hawn 40,000 persuna li qed jgħixu fil-faqar, sostna David Agius, li qal li hawn 42,000 persuna li m’għandhomx dawl naturali fid-djar tagħhom. Ma’ dawn hawn 143,000 persuna li jdejquhom il-kirminalità, l-ambjent u l-istorbju.
Hawn 8,000 persuna li mumiex sodisfatti f’ħajjthom, sostna David Agius, li kompla li l-flus għandhom jintużaw lill-benessere tan-nies.
Jeħtieġ li jinqerdu dawk li jxerrdu d-droga fil-pajjiż, sostna David Agius, li kkrita lill-gvern li llegalizza u daħħal il-kannabis waqt li kien qed jifaħ post ta’ riabilitazzjoni. Din hi l-ironija ta’ dan il-pajjiż, sostna David Agius, li kkritika l-miljuni li l-gvern nefaq fuq il-ġeneraturi tad-dawl għaliex ħoloq kriżi fis-settur.
Hu tkellem dwar l-insistenza għall-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia u qal li issa reġa’ kien hemm bini ieħor li waqa’ fuq karozza li fortunatament ma kien hemm ħadd fiha. Id-deputat Nazzajonalista tkellem dar l-importanza li jkun hemm is-servizzi fil-berġa ta’ Ħ’Attard.
Hu qal li l-kuntratti dwar it-trakka tal-motor sport u tal-kwart ta’ mil għandhom mhux pubblikati għax il-ministru mhuwiex iwieġeb. Dan meta x-xogħol meta fit-trakka. Dan ifisser li xogħol qed isir bla kuntratt? Veru li x-shooting range tista’ ssir bini? X’qed iżomm li mill-2017 ‘l hawn jibda jsir l-iżvilupp fil-korsa taż-żwiemel?
Id-Deputat Nazzjonalista sostna li fl-lus tal-poplu jintużaw verament għall-ġid tal-poplu.
//= $special ?>