Raġel ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġie mxili li hedded lil martu b’diversi messaġġi fuq whattsup li kienu jinkludu kliem bħal se jkisser l-għadam tagħha u tas-sieħeb tagħha u li minħabba fiha kien se jispiċċa l-ħabs jew Monte Carmeli. L-akkużat li qal li jaħdem bħaka storekeeper wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Minkejja li missier l-allegata vittma xehed li kien lest li jżomm lir-raġel ta’ bintu d-dar tiegħu fil-Qrendi l-Maġistrat Giannella Busuttil li semgħet il-każ, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. L-Ispettur Christian Cauchi qal li l-koppja kienu għadhom jgħixu fl-istess saqaf.
Huwa qal li nhar il-Ħadd il-mara għamlet rapport dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħha fuq żewġha u li dan kie qed isir permess ukoll ta’ voice recordings. Kien jheddidha wkoll li ‘alla ħares is-sieħeb tiegħek imiss lit-tfal għax ħażin ikun.”
L-Ispettur qal li l-akkużat li ismu u isem martu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti biex jiġu protetti t-tliet minuti tagħhom ġie arrestat it-Tnejn, fis-12.40pm. L-Avukat tal-għajuna legali Maria Carlson talbet lill-qorti biex tavviċina l-bank tal-Maġistrat fuq il-pleġġ, bil-prosekuzzjoni tgħid li kienet se topponi, minħabba fost oħrajn li għad trid tixhed il-vittma.
Hawn id-difiża qalet li missier l-allegata vittma kien lest li jixhed u jgħid li lest li jżomm miegħu lir-raġel tat-tifla fid-dar tiegħu. Fil-fatt huwa xhed u qal li għandu relazzjoni tajba mar-raġel tat-tifla u li jrid iżomm l-għaqda bejn il-familja forsi jerġgħu jingħaqdu flimkien.
Mistoqsi mill-Qorti dwar jekk bintu tmur għandu qal li mhux dejjem u li jekk iżomm lil żewġha din ma tmurx. Qal ukoll li bintu daqqa tmur għand oħta u ġiel tkun id-dar. U dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ bintu, x-xhud qal li hija tajba.
Id-difiża qalet l-l-vittma setgħet tinġieb tixhed ukoll mat-tressiq tal-akkużat. Qabel ukoll mal-prosekuzzjoni li għandu jkun hemm ordni ta’ trażżin, bil-Qorti tilqa’ t-talba għal ordni ta’ protezzjoni. Għaldaqstant il-Qorti wissiet lill-akkużat li ma ikellem lil mara, ma jistax imur fejn tgħix jew fejn taħdem.
Ma jista’ lanqas jagħmel xi tip ta’ kuntatt magħha u li dan jibqa’ jgħodd sas-sentenza finali. Jekk jiksriha jista’ jeħel multa, 7,000 jew sentejn ħabs, jew multa u ħabs flimkien. Il-Qorti aħdet it-talba għall-pleġġ minħabba li l-każ għadu fi stadju bikri u l-biża tal-kontaminazzjoni tal-provi.
//= $special ?>