Daħlu fis-sitt lejl tagħhom l-irvellijiet fit-toroq tat-Turkija kontra l-President Erdogan; dimostrazzjonijiet li jum wara l-ieħor qed ikomplu jeskalaw.
Erdogan minn naħa tiegħu qed jgħid li l-partiti tal-Oppożizzjoni qed jipprovokaw din is-sitwazzjoni. U insista li qed jinħoloq moviment ta’ vjolenza.
Il-kwistjoni faqqgħet l-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra, meta ġie arrestat is-Sindku ta’ Istanbul Ekrem Imamoglu fuq akkużi ta’ korruzzjoni – xi ħaġa li Imamoglu qed jiċħad b’saħħa.
Intant, il-Partit tal-Poplu stqarr li l-protesti se jkunu qed jintemmu t-Tlieta bil-lejl. Iżda ma ntqalx x’se jkun il-pass li jmiss.
//= $special ?>