Lokali Parlament

Ministri ħarbu li jwieġbu mistoqsija ta’ Deputat Nazzjonalista

Diversi Ministri ta’ Robert Abela ma qalux u ħarbu fil-Parlament għal mistoqsija biex jgħidu f’kemm-il sessjoni ta’ tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari, kellhom jirrispondu personalment mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sal-ġurnata tal-lum.

Il-Ministri li wieġbu din il-mistoqsija, kollha nħbew wara l-istess tweġiba u ma weġbux għall-mistoqsija mitluba. Minfllok ma wieġbu l-mistoqsija, qalu biss li l-Parlament hu gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u għaldaqstant, l-interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanza huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. Kollha qalu wkoll li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx u ma qalu xejn aktar.

Il-mistoqsioja parlamentari saret  lil diversi ministri ta’ Robert Abela mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott.