Lokali

Il-Prim Ministru wera “injoranza xokkanti” dwar id-drittijiet tal-bniedem – Aditus Foundation

Il-Prim Ministru żvela injoranza xokkanti meta qal li d-drittijiet tal-bniedem huma biss għall-persuni
li ‘jistħoqqilhom’. Huwa tabilħaqq estremament inkwetanti u imbarazzanti li l-President li jmiss tal-Kunsill
tal-Ewropa jagħżel b’mod attiv il-populiżmu u l-esklużjoni. Huma mħassba li l-Prim Ministru jidher aktar interessat li jogħġob lill-kollegi Faxxisti tiegħu li jmexxu Stati Ewropej oħra, minflok jikkonferma l-impenn kontinwu ta’ Malta għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għal kulħadd.

F’kummenti reċenti, il-Prim Ministru għażel li jnaqqas konversazzjoni kumplessa għal perspettiva simplistika u egoista. Huwa jemmen li l-persuni mhumiex siguri fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom stess, fi djarhom stess, għax l-istandards legali ta’ dak li nsejħu ‘sigur’ huma għoljin wisq. Is-soluzzjoni li ppropona hu hija li jagħlaq għajnejh għal ersekuzzjoni sponsorjata mill-Istat, gwerer, diskriminazzjoni rampanti u esklużjoni soċjali.

Il-Prim Ministru jeħtieġ li jirrevedi n-noti tal-liġi tiegħu. Huwa jiġi mfakkar li l-persuni kollha jitwieldu ugwali fid-dinjità u fid-drittijiet. Aħna m’aħniex meħtieġa nagħmlu xejn biex ‘jistħoqqilna’ d-drittijiet tal-bniedem tagħna. M’hijiex f’idejn l-Istati li jiddeċiedu min hu u min mhux intitolat li jgawdi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. L-Istati għandhom jirrispettaw, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet tal-persuni kollha li huma responsabbli għalihom: l-irġiel, in-nisa, it-tfal, l-anzjani, il-persuni LGBTIQ+, il-persuni b’diżabilità, il-persuni akkużati jew ikkundannati b’reati, il-persuni li jbatu minn kwistjonijiet ta ‘saħħa fiżika jew mentali… il-persuni kollha.

Il-Prim Ministru jeħtieġ ukoll jaqra xi sentenzi riċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Minn hemm jista jara kif is-sistema ġudizzjarja ta’ Malta ripetutament falliet mill-aktar testijiet bażiċi: f’diversi sitwazzjonijiet il-Qrati tagħna ma joffrulniex biżżejjed protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Se jaqra kif it-trattament ta’ Malta ta’ nies estremament vulnerabbli, xi kultant tfal, huwa inuman u degradanti. Huwa se jiġi mfakkar ukoll li xi nies għandhom bżonn protezzjoni mill-Gvernijiet tagħhom stess mhux għax l-idea tagħna hija ‘sigurtà’ hija żbaljata, iżda għax huma l-vittmi ta’ Gvernijiet krudili jew kollassati mingħajr tort tagħhom stess.

Il-Fondazzjoni kienu jittamaw li t-tmexxija li jmiss ta’ Malta fil-Kunsill tal-Ewropa tkun wirt ta’ tama f’dawn iż-żminijiet mudlama ħafna. Kienu ħerqana li Malta tippromwovi d-drittijiet LGBTIQ+ madwar il-kontinent Ewropew. Ħeġġew lil Malta biex tindirizza d-demokraziji li qed jitfarrku billi tappoġġja vuċijiet aktar b’saħħithom għas-soċjetà ċivili. Huma ħeġġew lil Malta biex tpoġġi fuq l-aġenda tagħha d-drittijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli.

Huma se jibqgħu jittamaw li l-kliem tal-Prim Ministru jibqa’ dikjarazzjonijiet nieqsa minn valur u konsegwenza. Għal għexieren ta’ snin, il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ipproteġiet lilna lkoll, speċjalment dawk l-aktar emarġinati u vulnerabbli. Malta għandha tuża t-tmexxija tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa biex issaħħaħ ir-rispett ta’ dan l-istrument prezzjuż, minflok toqtolha skont l-aġenda populista u perikoluża ħafna.