Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Alex Torpiano. Miegħu se nitkellmu dwar kif resaq lejn il-ħajja ta’ Perit, u kif ukoll illum bħala akkademiku. Mal-Prof. Torpiano se nagħtu ħarsa wkoll lejn is-sitwazzjoni tal-iżvilupp f’pajjiżna kif ukoll il-qasam tal-proprjetà.
Magħna jitkellem dwar kif is-settur kiber jew inbidel matul is-snin, u kif ukoll skont il-fehmiet tiegħu wieħed x’għandu jagħmel biex nużaw l-ispazju tagħna aħjar.
Jaqsam magħna wkoll il-ħsieb tiegħu kif bliet u lokalitajiet jistgħu jsiru ħajja anki bir-residenti u mhux biss bil-kummerċ.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, bil-programm tal-lejla jkollu l-muntaġġ ta’ Gail Mallia.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net TV.
