It-Tlieta għal xi l-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’garaxx fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Tarxien, kien ċeda bih scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>