llum, ftit wara nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Russu ta’ 41
sena, kien qiegħed fuq il-bejt tar-residenza fejn jgħix jagħmel xi xogħlijiet, u waqa’ madwar tliet sulari.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u
ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>