Futbol Sport

Real Madrid viċin il-firma ta’ Trent Alexander-Arnold

(Ritratt: EPA)

Real Madrid jinsabu dejjem iżjed viċin il-firma tad-difensur laterali ta’ Liverpool Trent Alexnader-Arnold. Arnold jiskadilu l-kuntratt fis-sajf li ġej u mistenni jħalli lir-Reds b’xejn f’Ġunju hekk kif mhux se jestendi.

Arnold ilu ma’ Liverpool mill-2004 hekk kif kien fl-akkademija tar-Reds minn meta kellhu biss 6 snin. Id-difensur Ingliż għamel id-debutt tiegħu ma’ Liverpool fl-2016, fl-eta’ ta’ 17-il sena.

Dan l-istaġun Arnold lagħab 28 partita fil-Premier League u skorja żewġ gowls u pprovda 6 assits.

F’ 8 snin Arnold lagħab 368 partita ma’ Liverpool, fejn skorja 26 gowl u pprovda 91 assist.

Huwa rebaħ bosta Tazzi ma’ Liverpool, u bħalissa jokkupa l-kariga ta’ vice-captain.

Id-difensur ta’ 26 sena jidher li qabel id-dettalji kollha ma’ Los Blancos, bit-tim Spanjol jistenna l-aħħar dettalji ufffiċjali biex iħabbar dan l-akkwist importanti.