In-Norveġja ma sabu l-ebda diffikultà jegħlbu lil Iżrael biex kisbu t-tieni rebħa minn żewġ partiti fi Grupp I. L-iskor finali kien 4-2.
Wolfe jiftaħ l-iskor għan-Norveġiżi wara 39 minuta, b’Iżrael jagħmlu l-iskor indaqs fil-55 minuta.
Alexander Sorloth u Kristoffer Ajer jiskorjaw żewġ gowls fid-59 minuta u fil-65 minuta.
L-aħħar gowl jasal mill-istilla tat-tim Erling Haaland mis-suġġeriment ta’ Odegaard fit-83 minuta.
L-Estonja kisbu rebħa missielta kontra l-Moldova, fejn saħansitra ż-żewġ timijiet spiċċaw il-partita b’għaxar plejers. L-iskor finali kien ta’ 2-3.
Wara 5 minuti logħob il-Moldova spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif Maxim Cojocaru ntwera l-karta ħamra diretta fuq foul li għamel fuq Sinyvaskiy.
Fid-19-il minuta l-Estonja jieħdu vantaġġ mill-vantaġġ numeriku u jiftħu l-iskor permezz ta’ Ramsus Peetson. Wara nofsiegħa logħo Rauno Sappinen jiskorja minn korner mogħti ta’ Palumets.
Fit-48 minuta l-partita terġa’ tiġi livell hekk kif wara li pprovda l-assist tat-tieni gowl ta’ Estonja, Palumets intwera t-tieni karta safra, biż-żewġ timijiet issa jilagħbu b’għaxra.
Il-Moldova jieħdu vantaġġ tat-tkeċċija u jiskorjaw permezz ta’ Nicolaescu fis-67 minuta, madankollu l-Estonja jirrispondu tilet minuti wara permezz ta’ Mattias Kait.
Fil-91 minuta l-Moldova jiskorjaw gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Caimacov.
Minn Grupp J, il-Maċedonja ta’ Fuq ħasbu li kisbu rebħa minima fuq Wales permezz ta’ gowl minn Bojan Miovski fil-91 minuta, madankollu David Brooks jirnexxielu jsib ix-xibka fis-96 minuta biex isalva punt għall-pajjiżu.
Intant, Kazakhstan kisbu rebħa important kontra Liechtenstein li huwa bla dubju l-iktar tim batut fil-grupp.
Iż-żewġ gowls jaslu fl-aħħar 5 minuti tal-ewwel taqsima, hekk kif Maksim Samorodv jiskorja fit-42 minuta, qabel Aleksandr Marochkin jirdoppja din id-darba mill-assist tal-awtur tal-ewwel gowl Samordodov.
Fi Grupp L, riżultati simili hekk kif il-Montenegro għelbu lil Gżejjer Faroe permezz ta’ gowl fl-aħħar mumenti ta’ Edvin Kuc, filwaqt li r-Repubblika Ċeka għelbu lil Ġibiltà 4-0.
Għar-Repubblika Ċeka jiskorja l-ewwel Cerny fil-21 minuta, qabel Patrick Schick u Pavel Sulc isibu x-xibka fit-tieni taqsima.
Jan Kilment iżid ieħor fil-95 mintua.
TAZZA TAD-DINJA
KWALIFIKAZZJONI
Illum
Grupp I
Moldova v Estonja 2-3
Iżrael v Norveġja 2-4
Grupp J
Liechtenstein v Kazakhstan 0-2
Maċedonja ta’ Fuq v Wales 1-1
Grupp L
Ġibiltà v Republikka Ċ. 0-4
Montenegro v Gżejjer F. 1-0