Il-Ħadd li għadda Stephen Grima u Brandon Sultana, li kienu qed jikkompetu taħt l-isem tat-tim Gaudos, kitbu l-istorja hekk kif saru l-ewwel ċiklisti Maltin li temmew l-Absa Cape Epic. Tiġrija maqsuma fi tmien stadji, b’distanza totali ta’ madwar 700km u elevazzjoni ta’ iżjed min 16,500m
Il-kundizzjonijiet matul it-tellieqa ma għenu xejn lil dawn iċ-ċiklisti, hekk kif kien hemm temperatura li telat anke sa 51°C.
L-Absa Cape Epic hija waħda mill-itqal tiġrijiet fid-dinja, fejn iċ-ċiklisti jkollhom jikkumbattu ma’ sħana qawwija għal distanza twila.
B’dan is-suċċess, Grima sar l-ewwel Malti li kiseb it-titlu ta’ Epic Legend, u ġie mniżżel fil-Hall of Fame tal-Epic Series.
Fl-Absa Cape Eric ħadu sehem madwar 730 tim, b’madwar 200 tim ma jlestux din it-tiġrija.
Iċ-ċiklisti Għawdxin ħadu sehem fil-kategorija Open.
Meta tkellem ma’ Net News, Stephen Grima stqarr li din l-esperjenza ma kenitx faċli, u wieħed jirrikjedi li jkun b’saħħtu mentalment u fiżikament biex ikun jista’ jagħmel it-tmien stadji kollha.

