Futbol Sport

U21: Malta fi draw kontra l-Estonja f’partita ta’ ħbiberija

(Ritratt: Craig Camilleri)

Neil Camenzuli

MALTA…………..1

ESTONJA………1

Malta: H.Sacco, M.Ellul (K.Scicluna 46’), G.Finley, A.Borg (D.Letherby 46’), K.Ewurum (I.Chukunyere 46’), N.Agius (K.Leonardi 57’), N.Cross, J.Micallef (A.Zammit 46’), A.Bridgman (S.Gatt 57’), B.Hili (M.Gambin 84’), J.Grech (Z.Barbara 46’)

Estonja: O.Nomm (C), S.Tovstik, A.Vaher, L.Ounpuu, O.Hoim, D.Luts, R.Siht, R.Sillamaa, K.Mustmaa, M.Kolobov, T.Varjund

Imwissija: G.Finley 47’, A.Zammit 71’ (M),  T.Sander 18’ (E)

Skorjaw: K.Ewurum 24’ (M), M.Karel 21’ €

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Mark Ciantar

Malta kellhom wirja pożittiva hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1 kontra l-Estonja, biż-żewġ gowls jaslu fl-ewwel taqsima. Kienet l-ewwel partita fit-tmexxija għal kowċ Taljan Davide Mazzotta. Mazzotta għal ftit żmien kien inkarigat bħala interim kowċ tat-tim nazzjonali Malti wara t-tneħħija ta’ Michele Marcolini.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 16-il minuta permezz ta’ Andrew Borg li jittanta xortih mix-xellug, madankollu Nomm idawar tajjeb f’korner.

Ftit minuti wara l-Estonja jirrispondu billi jsibu x-xibka, ikun Karel Mustmaa li jagħmel ġirja tajba mix-xellug bil-ballun eventwalment jispiċċa fix-xibka b’xutt preċiż.

Malta tiskorja l-gowl tad-draw 4 minuti wara permezz ta’ daqqa ta’ ras tajba miż-żagħżugħ ta’ Valletta Keyon Ewurum.

L-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima tasal għall-Estonja. Fil-41 minuta Daniel Luts jipprova jegħleb lil Sacco, bil-goalkeeper jintervjeni tajjeb madankollu l-ballun jispiċċa f’saqajn Siht, b’dan tal-aħħar ma jirnexxilux isib ix-xibka minn ftit metri ‘l bogħod.

It-tieni taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet hekk kif iż-żewġ timijiet ipprovaw jikkontrollaw il-pussess u ma jittantawx tant il-lasta tal-avversarji, madankollu fit-78 minuta żball mill-Maltin f’nofs il-grawnd bil-ballun jasal għand Kulimullin li jgħaddi lejn is-sostitut Eerme, b’dan tal-aħħar ifalli ċans tad-deheb minn quddiem il-lasta ta’ Sacco.

Il-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-1.