Internazzjonali

Ukrajna: Ftehim sinifikanti dwar il-Baħar l-Iswed

L-Istati Uniti għadha kemm żvelat li r-Russja u l-Ukrajna waslu fi qbil li jippermetti biex il-vapuri kummerċjali jużaw ir-rotot fil-Baħar l-Iswed mingħajr il-biża’ li jisfaw attakkati.

Dan skont stqarrijiet sepaati wara li l-Uffiċjali Amerikani ltaqgħu mar-Rappreżentanti tal-Ukrajna u r-Russja f’Jeddah, il-kapitali tal-Arabja Sawdija.

L-Ukrajna qablet biex ma tkomplix bl-azzjonijiet militari fil-Baħar l-Iswed iżda wissiet ukoll li kwalunkwe movimenti tal-bastimenti tal-gwerra tar-Russi f’dik iz-zona għandhom jitqiesu bħala abbuż tal-ftehim.

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li għalkemm għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk il-ftehim iżommx għat-tul taż-żmien, id-deċiżjonijiet li ttieħdu kienu ‘xierqa u korretti’.

Min-naħa  tagħha, ir-Russja insistiet biex jitneħħew ċerti sanzjonijiet fuq il-banek, l-entitajiet tal-assikurazzjoni u l-esportaturi tal-ikel qabel i-ftehim dwar ilk-Baħar l-Iswed jista’ jidħol fis-seħħ.

Dan meta għad hemm il-possbbiltajiet li l-ftehim jisfaxxa u bl-osservaturi jgħidu li l-progress fit-taħditiet seta ma wassalx għar-riżultati eżatti li riedu l-Amerikani bħala l-medjaturi prinċipali.