Lokali

Aktar karigi għal tal-qalba: Nigel Vella jitpoġġa’ fit-tmexxija ta’ Dar il-Mediterran

Nigel Vella nħatar Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Hu se jibda jokkupa din il-kariga mill-1 ta’ April li ġej, minflok Pierre Fenech, li issa ser ikun qed jiffoka fuq l-irwol tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).

Nigel Vella huwa wiċċ sinonimu mal-Labour, u qiegħed fil-qalba tal-istrutturi. Tant li jippreżenta anke programmi fuq il-midja Laburista, u ħadem ukoll għal perijodu twil f’Kastilja.

F’dawn l-aħħar snin, Nigel Vella ħadem bħala konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Intern. U qabel, ħadem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn serva kemm bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni u anke bħala Kelliem għall-Gvern.

Attwalment huwa wkoll Gvernatur fuq il-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali.