Fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 12,587 persuna li kellha l-Blue Badge u 26,094 persuna li kellha l-EU Disability Card.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Julia Farrugia li qalet ukoll li mit-12,587, hemm 6,891 huma rġiel u 5,694 nisa li kienu fil-pusess tal-Blue Badge. Il-persuni li għandhom l-EU Disability Card huma 13,294 irġiel; 12,787 nisa; u hemm ukoll 13 oħra li għandhom din il-card Ewropea.
Din l-informazzjoni ngħatat għal mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>