L-Eks President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, se jgħaddi ġuri talli, allegatament, ipprova jwettaq kolp ta’ stat kontra l-President Brażiljan attwali, Luiz Inácio Lula da Silva.
Il-proċess hu konfermat permezz ta’ digriet mill-Ogħla Qorti tal-Brażil u wara li l-ħames membri tal-panel (ta’ din il-Qorti Suprema) ivvutaw unanimament biex Bolsonaro iwieġeb għall-akkuża.
Min-naħa tiegħu, l-Eks President Bolsonaro, li għandu 70 sena, qed jiċħad li pprova jtellef l-inawgurazzjoni ta’ Lula bħala President.
Fl-istess ħin, Bolsonaro, ħabib antik tal-President Amerikan Donald Trump, qed jinsisti li hu spiċċa l-vittma ta’ ‘persekuzzjoni politika’ kif ukoll ta’ ‘sistema illegali’ li qed iżżommu milli jikkuntesta mill-ġdid għall-Presidenza Brażiljana fl-2026.
Il-proċess jista’ jibda qabel l-aħħar tas-sena u jekk jinstab ħati, Bolsonaro kapaċi jiskonta sentenza twila ta’ priġunerija.
//= $special ?>