Lokali

Gallarija oħra ċċedi, din id-darba f’Ħaż-Żabbar

Matul il-lejl li għadda kienet gallarija oħra li ċediet, din id-darba fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar.

Il-kollass seħħ għall-ħabta tas-1:45am, fi Triq id-Dukkar, f’Ħaż-Żabbar, bil-konsegwenza li saru xi ħsarat fuq karozza tal-għamla Opel, li kienet ipparkjata taħt il-gallarija.

Il-Pulizija rrispondew għal dan l-inċident minnufih, fejn anke nħatar Perit tal-Għassa sabiex jiġi stabbilit jekk ir-residenza, li attwalment ma jgħix ħadd fiha, hija sigura.

Fortunatament, ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

Dan kien it-tieni inċident b’rabta ma’ kollass ta’ gallarija, hekk kif aktar kmieni matul din il-ġimgħa, ċediet ukoll gallarija fil-Qawra, għal fuq stabbiliment popolari.