Lokali

Il-Ħadd li ġej naqilbu għall-ħin tas-sajf

Il-Ħadd li ġej, 30 ta’ Marzu, jintemm il-ħin tax-xitwa.

Il-ħin tax-xitwa se jintemm sbieħ il-Ħadd filgħodu, fis-2am. U allura, kif isir kull sena, inkunu qed indawru s-siegħa ‘l quddiem għall-ħin tas-sajf.

Dan ifisser li l-ħin irid jitressaq siegħa ‘l quddiem u s-2am isiru t-3am.