Internazzjonali

Il-Korea t’Isfel: Jaħarbu mill-‘agħar nirien fl-istorja’

L-awtoritajiet fir-reġjun tax-xlokk tal-Korea t’Isfel qed jiffaċċjaw l-akbar emerġenza ta’ nirien fl-istorja u li kkaġunat tal-anqas 30 mejtin fost hekk imsejħa ‘wildfires’ li ħakmu wkoll qalb iz-zoni residednzjali. Il-parti kbira tal-vittmi kellhom bejn is-60 u s-70 sena, u meta hemm xi midruba rappurtati f’kundizzjoni kritika. Dan ukoll  meta tal-anqas 2,500 kienu kostretti li jabbandunaw djarhom fost il-firxa tal-fjammi.

L-Aġent President Korean Han Duck-soo fisser il-kriżi bħala waħda bla preċedent fost il-konferma li n-nirien huma l-agħar li l-poplu qatt kellu jiffaċċja. Nirien li anki qerdu tempju fil-belt ta’ Uiseong li kien inbena madwar 1,300 sena ilu.

In-nirien qabdu nhar il-Ġimgħa fil-provinċja ta’  Sancheong u fejn, imbagħad, infirxu għall-inħawi ta’ Uiseong. Il-fjammi ċċirkulaw b’mod aktar rapidu b’kaġun tal-irwiefen u sal-punt fejn in-nirien spiċċw ukoll ta’ theddida għar-residenti fiz-zoni territorjali speċifiċi ta’ Gyeongbuk, Uiseong, Andong, Cheongsong, Yeongyang u  Sancheong.