Il-Gvern ma weġibx fil-Parlament dwar għaliex mhumiex qed jiġu rikonoxxuti kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA).
Il-Ministru Clifton Grima qal biss għal mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Id-Deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; jgħid x’inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS.
//= $special ?>