Qormi Daikin baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-hockey meta rebħu l-konfront dirett kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 2-1.
Kienet logħba viċin xulxin bil-Qriema li kienu motivati li jibqgħu għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom u kienu huma li ħadu l-punti massimi.
Luke Bajada u Julian Zahra skorjaw għall-Qriema filwaqt li ż-Żrieraq sabu x-xibka minn Steve Portelli.
Umpires kienu Karl Chircop u James Mizzi.
F’logħba oħra li kellna, Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 7-2.
Kienet logħba li l-Greens riedu jirbħu akkost ta’ kollox sabiex jirritornaw għar-rebħ wara staġun mhux daqstant faċli. Karl Chircop spikka għall-Furjaniżi meta skorja hat-trick filwaqt li Mark Camilleri, Chris Bonello, Luke Borg Costanzi u Jerome Dalli żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Tomy Kok u Simon Kemp kienu l-awturi tal-gowls ta’ White Hart.
Umpires kienu Keith Calleja u John Williams.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
Qormi Daikin 10, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 8, Floriana Young Stars 4, White Hart 0
KLASSIFIKA – L-AQWA SKORERS
Luke Bajada 19-il gowl; Christ Agius 11-il gowl; Kyle Micallef’ Julian Zahra 9 gowls.
F’partita mill-Hockey 7s, Qormi Daikin iddominaw għalkollox il-konfront kontra Rabat tant li rebħu 12-0.
Ayrton Falzon u Neil Spiteri Montebello skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Giorgio Muscat u Singh Sindhu kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed. Mill-banda l-oħra, John Williams u Nicole Zammit niżżlu wkoll isimhom fil-ktieb tal-iskorers.
Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.
KLASSIFIKA – HOCKEY 7s
Qormi Daikin 12; GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 8; Floriana Young Stars 6; Rabat, White Hart 2.
F’żewġ partiti mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Floriana Young Stars rebħu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 12-0 filwaqt li Marsaskala Heat kienu aħjar minn Qormi Daikin tant li rebħu 9-4.
//= $special ?>