Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00am, raġel ta’ 47 sena minn Ħaż Żabbar safa mtajjar minn vettura f’ Ħaż Żabbar stess.
L-inċident seħħ fi Misraħ Madonna Medjatriċi, meta mara ta’ 20 sena minn Ħal Qormi, li kienet qed isuq il-karozza tat-tip Peugot 107, tajret lir-raġel li kien jaqsam.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll ambulanza b’tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>