Ambjent Lokali

BirdLife Malta titlob il-protezzjoni tal-Pulizija

BirdLife Malta uffiċjalment talbet il-protezzjoni tal-pulizija u tat ittra lill-Kummissarju Gafà fl-isfond tat-theddid u intimidazzjoni li qed jiżdiedu. L-organizzazzjoni diġà ffaċċjat vandaliżmu u attakki fiżiċi fil-passat u issa qed tiffaċċja fastidju onlajn, inkluż posts mill-federazzjoni tal-kaċċaturi u tan-nassaba li qed jużaw il-logo ta’ BirdLife Malta u r-ritratti personali ta’ uffiċjali tagħha biex jinkoraġġixxu l-abbuż.

Minkejja l-attakki tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK), fejn saħansitra sejħitilna ‘frazzjoni estremista”, BirdLife Malta temfasizza l-impenn tagħha li tiddefendi n-natura permezz ta’ mezzi demokratiċi u legali. BirdLife Malta tikkundanna l-ostilità kontinwa u tappella lill-Gvern biex jieħu pożizzjoni kontra l-intimidazzjoni.

L-FKNK trid tassumi r-responsabbiltà għar-retorika li qed twassal għal theddid kontra dawk li jaħdmu għall-konservazzjoni.

Intant, fi stqarrija, l-istess FKNK akkużar lill-BirdLife li qed tilgħabha tal-vittma u li qed jippruvaw jiċċensuraw lill-Federazzjoni.