Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi artiklu li jiġi f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstab li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ formaldehyde, waqt l-użu.
Isem tal-prodott fuq it-tikketta: Plat creux couscous – bambou – 35cm
Ditta: Home Deco Factory
Lott: KI 10041
Article No. KA 4965
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pmr jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
//= $special ?>