Lokali

“Diversi artisti għadhom qed jistennew pagamenti mill-Kummissjoni tal-Films”

“Diversi artisti, kemm lokali kif ukoll barranin, għadhom qed jistennew pagamenti mill-Kunsill tal-Arti u l-Kummissjoni tal-Films… tal-mistħija… ġejt attakkat mill-istat għax iġġilidt għal dak li hu tagħna”.

Hekk sostna l-producer lokali Matthew Maggi, hekk kif fil-kitba tiegħu hu saħaq li s-sitwazzjoni preżenti fil-Kunsill tal-Arti u l-Kummissjoni tal-Film hi waħda tal-biża’ – b’numru sostanzajli ta’ nies li tkellmu miegħu għahom ma tħallsux għax-xogħol tagħhom. Dan apparti l-fatt li għax hu tkellem fuq din il-kwistjoni preokkupanti hu ġie attakkat bis-saħħa mill-Gvern u min-nies viċin tiegħu.

Matthew Maggi saħaq ukoll li l-Ministru Owen Bonnici li kellu obbligu li jżomm lil Johann Grech responsabbli talli naqas milli jħallas lin-nies, dan f’isem il-Gvern Malti.

Hu kompla jgħid li minflok widdeb lil min hu responsabbli ta’ dan in-nuqqas, il-Ministru Bonnici għażel li jsikket, jumilja, u jiżola lill-kritiċi tiegħu – dan minħabba li ppermetta wkoll ċertu kummenti li jkomplu jimminaw il-ħidma ta’ Maggi u oħrajn. Dan kien preċedent perikoluż.

Hu għalaq li wara ħafna kwistjonijiet, wara xhur sħaħ, l-MEIA fl-aħħar impenjat ruħha mal-Għaqda ‘Solidarjetà’ u qed tipprijoritizza l-kwistjoni tal-ħlas tard.