Bejn l-2013, is-sena li rebaħ l-elezzjoni l–Partit Laurista, u l-2021 kienu impjegati mal-ARMS li tieħu ħsieb il-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, 374 ħaddiem fi gradi differenti.
Dan ikkonfermatu fil-Parlament il-Ministru Miriam Dalli għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.
Jirriżulta wkoll li fl-istess perjodu, bejn l-213 u l-2021, kien hemm 171 ħaddiem li spiċċaw mill-impjieg billi rtiraw bl-età jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor. Il-gradi kienu dawk ta’ CEO, Acting CEO, Internal Auditor, Head of IT, Chief Officer, Chief Operations, Senior Manager, Manager, Senior Executive, Executive, Credit Controller, Quality Service Coordinator, Business Analyst, Senior Lead Agent, Lead Agent, Agent, Office Attendant u Installer – kważi kollha fi gradi għolja jew fi gradi importanti tal-ARMS.
L-aktar li rriżenjaw kien fis-sena 2020 meta kienu 29 li rriżenjaw u fl-2018 30 ħaddiem fl-ARMS li rriżejaw. Fl-2021 u fl-2014 kienu rriżejaw 22.
//= $special ?>