Ewropa Lokali

IL-LAQGĦA F’PARIĠI: “Naħdmu favur paċi ġusta u dejjiema”

Il-Gvern Malti ma ġiex mistieden għal dan is-summit

“Naħdmu favur paċi ġusta u dejjiema”. Dan huwa l-għan ewlieni tad-diskussjonijiet li qed isiru llum f’Pariġi, flimkien mal-President Ukren Volodomyr Zelensky, hekk kif il-mexxejja Ewropej iridu jiggarantixxu s-sigurtà tal-Ukrajna u tal-kontinent kollu kemm-il darba jintlaħaq ftehim mar-Russja għal waqfien mill-ġlied.

Il-laqgħa f’Pariġi bdiet ftit tal-ħin ilu, u preżenti hemm kważi l-mexxejja kollha Ewropej.

Il-Prim Ministru Robert Abela mhux preżenti.

Qabel il-laqgħa, il-President tal-Kunsill tal-UE Antonio Costa insista li l-messaġġ li se jkun qed iwassal huwa bbażat fuq il-paċi u s-sigurtà għall-Ukreni.

Qed jingħad ukoll li qabel beda dan is-summit, il-President Macron kellem personalment lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump.