Lokali

Il-MIDI bi tweġiba dwar it-tnedija tal-iżvilupp ta’ Manoel Island

M

Fi stqarrija b’risposta mill-MIDI, huma saħqu li dwar l-allegazzjoni li l-iżvilupp tal-Gżira ta’ Manoel jinsab f’salib it-toroq u li teżisti l-opportunità għall-Gvern li jtemm il-konċessjoni tal-MIDI hija falza u qarrieqa.

Huma saħqu li l-prerogattiva li l-iżvilupp tal-Gżira ta’ Manoel li irid jitlesta sas-sena d-dieħla tonqos milli tqis id-dispożizzjonijiet tal-Att li jiddikjaraw biċ-ċar li ż-żmien għat-twettiq tal-obbligi tal-MIDI jiġi estiż awtomatikament f’każ ta’ dewmien assoċjat mal-ħruġ ta’ permessi ta’ żvilupp sħiħ, f’każ ta’ dewmien assoċjat ma’ sejbiet arkeoloġiċi u f’każ ta’ dewmien ikkawżat minn xi avveniment jew ċirkostanza barra mill-kontroll tal-MIDI.

Dan apparti li tkellmu fuq kif id-dewmien li nstab huwa dokumentat b’mod ċar u jinkludi d-dewmien assoċjat mas-sejbiet arkeoloġiċi.

Huma għalqu li fl-istqarrija maħruġa dwar kif Manoel Island għandha tiġi żviluppata fi spazju pubbliku miftuħ aħdar għall-benefiċċju ta’ kulħadd turi li Movimemt Graffiti naqas milli jirrikonoxxi t-titjib sinifikanti fil-masterplan rivedut peress li dan jikkontempla li aktar minn 60% tal-konċessjoni tal-MIDI hija allokata għal spazji pubbliċi miftuħa aċċessibbli, inkluż il-Glacis Park ta’ 80,000 metru kwadru.