Il-problema tat-traffiku f’Malta hija waħda li aktar ma jmur aktar qed tkompli tiżdied.
Issa..il-Ministru tat-traffiku ħareġ b’miżura biex suppost itaffi din il-problema, fejn kull min jirritorna l-liċenzja ta’ sewqan jingħata 25,000 ewro. Għalkemm jidher li hu persunali mhux lest joqgħod mingħajr liċenzja – bl-iskuża li għandu driver.
Il-flyover fil-qalba tal-lokalità tal-Imsida, ukoll kellu jkun proġett li jnaqqas it-traffiku f’din il-lokalità. Però jidher li la l-Ministru Chris Bonett u lanqas is-CEO ta’ Infrarstructure Malta Steve Ellul ma kienu kapaċi jagħtu garanzija li t-traffiku se jkun qed jonqos.
Bil-Ministru jgħidlilna li hu ma għandux iċ-ċifri eżatti u għalhekk jibgħatna għand Infrasructure Malta
Intant, il-Ministru Chris Bonett matul il-jum tal-Ħamis, stieden lill-media biex jkunu jistghu jsegwu sew fhiex wasal dan il-proġett. Għalkemm fl-aħħar ħin il-ġurnalisti kienu mwaqfa milli jidħlu fis-sit fejn qed isir ix-xogħol…. għaliex din bħalissa hija construction site.
Dan minkejja li s-sejħa għall-media kienet propju biex iżuru din iz-zona.