Għawdex Lokali

IL-VAPUR NIKOLAOS: Abela stess jiddikjara li l-Għawdxin u l-Maltin mhux moqdija bl-aqwa mod

Fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela, il-vapur Nikolaos qeda l-ħtiġijiet tal-poplu iżda xorta hemm bżonn li n-nies ikunu moqdija bl-aqwa mod. Dan wara li ħalla dan il-vapur għal ħames snin sħaħ jopera bejn iż-żewġ gżejjer.

Waqt il-programm Popolin fuq TVM, Robert Abela kien mistoqsi dwar il-ħtieġa ta’ vapuri ġodda u l-fatt li l-Għawdxin ilhom snin diżappuntati b’dan is-servizz. B’Abela jgħid biss li “se jkun hemm riforma”.

Temi oħrajn li qamu waqt il-programm kienu l-kontroversja li qamet fl-aħħar xhur dwar id-difiża, kif ukoll il-proġett tat-trakka ta’ Ħal Far. Bil-preżentatur jirrimarka li z-zona tħalliet f’telqa.

Il-Prim Ministru kien preżenti għal dan il-programm waħdu, b’domandi mill-udjenza.

Fil-fatt, aktar tard, Bernard Grech stess qal illi verament xtaq li jkunu flimkien f’dibattitu. Iżda xorta kien preżenti fuq TVM biex iwieġeb għad-domandi kollha li sarulu mill-udjenza preżenti fl-istudio.