Is-setturi ekonomċi li investa fihom il-Partit Nazzjonlista għadhom qed iħallu l-frott sal-lum il-ġurnata. U xhieda ta’ dan, huwa l-investiment kontinwu li qed isir mill-Grupp Sigma – li għadu kif inawgura binja ġdida minn fejn beda jopera.
Din il-ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu l-oportunita li jżur din il-binja l-ġdida ta’ Sigma f’Ħal Balzan fejn madwar 89 persuna taħdem f’dawn l-uffiċini – fis-settur tal-gaming.
Hu ngħata merħba sabiħa mill-moħħ wara Sigma, Eman Pulis kif ukoll mis-CFO Clive Terribile u s-CEO Emily Micallef, li dawruh mal-binja.

Bernard Grech iltaqa’ wkoll mal-ħaddiema li jaħdmu fis-Sales, fil-finanzi, id-dipartiment tat-taħriġ, u n-newsroom ta’ Sigma li taħdem 24 siegħa kuljum.
Bernard Grech fakkar li biex setturi ta’ kwalità jibqgħu jiżdiedu tinħass il-ħtieġa ta’ aktar investiment.

Eman Pulis minn naħa tiegħu spjega kemm hu importanti li dawn il-laqgħat jibqgħu jsiru.
Fil-preżent Sigma topera f’sitt pajjiżi madwar id-dinja fosthom, Malta, Limassol, Manila, Sao Paolo, Noida u Belgrad, b’operat ta’ madwar 250 persuna.

Matul din il-laqgħa il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-deputati Bernice Bonello, Alex Borg, Jerome Caruana Cilia u Stanley Zammit.