Illum, se tittella’ l-ewwel serata tal-festival ‘Mużika Mużika’ fejn 16-il kanzunetta ser jinstemgħu għall-ewwel darba live fuq il-palk tal-MFCC f’Ta’ Qali.
Il-Ġimgħa se jkun hemm “is-Serata tal-Klassiċi” li se tinkludi bosta artisti stabbiliti Maltin li se jkantaw kanzunetti popolari passati.
Sabiex imbgħad, is-Sibt, se jerġgħu jikkompetu s-16-il finalist, bi prestazzjoni mill-mistiedna speċjali ta’ din is-sena – li se jkunu ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet Maxine Pace u l-grupp internazzjonali The Tenors.
Dik ta’ din is-sena se tkun il-ħames edizzjoni tal-festival ‘Mużika Mużika’.
//= $special ?>