Irridu istituzzjonijiet finanzjarji ta’ reputazzjoni.
Hekk stqarr il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana wara rapporti fit-Times of Malta illi indikaw li l-bank kontroversjali OTP se jkun qed jakkwista l-HSBC Bank Malta. Bil-Ministru jinsisti mal-ġurnalisti li l-proċess għadu fil-bidu tiegħu.
L-OTP huwa l-akbar bank fl-Ungerija, u fl-imgħoddi kien ġie deskritt bħala bank li huwa sponsor tal-gwerra.
Il-bank OTP għandu preżenza fi 11-il pajjiż differenti. Iżda jekk jakkwista l-HSBC f’pajjiżna, din tkun l-ewwel darba li l-bank Ungeriż jespandi barra l-Lvant tal-Ewropa.
Din il-ġimgħa, il-bank HSBC ħabbar li bħalissa m’hemm l-ebda offerta preferuta għall-akkwist tal-operat lokali tiegħu …. u l-proċess għadu fi stadju bikri.