Grupp ta’ 21 Malti rnexxielhom jilħqu l-Everest Base Camp fi spedizzjoni organizzata minn Ryan Mex fil-25 ta’ Marzu.
Flimkien ma’ Ryan Mex, dawn il-Maltin huma Patricia Borg, Charlene Ciantar, Suzanne Chetcuti Ganado, Paul Falzon, Pierre Farrugia, Ryan Farrugia, Steve Farrugia, Emanuel Gatt, Teddie Gatt, Nicky Grech, Elena Mallia, Maria Mileshkevich, Mario Muscat, Dario Pace Taliana, Pauline Pace, Alessandro Salerno, Ryan Theuma, Tasha Theuma, Jean Vella, u Andre Zammit.
Dan il-grupp irnexxielu jagħmel dan il-vjaġġ fi 12-il ġurnata, minkejja l-perikli li jġib miegħu dan il-vjaġġ.
Dario Pace Taliana u Andre Zammit se jmorru wkoll il-Base Camp ta’ Island Peak, magħrufa wkoll bħala Inje Tse, filwaqt li wara, bl-għajnuna ta’ gwida, Pace Taliana se jkun qed jipprova jilħaq is-summit ta’ Ama Dablan fi vjaġġ li mistenni jieħu 10 ijiem.
It-tim ilu iżjed minn sitt xhur jipprepara bl-għajnuna tal-atleta Ryan Mex.
Din hija t-tielet spedizzjoni konsekuttiva fl-Everest Base Camp minn MexVentures, iżda din is-sena hemm żewġ gruppi minn MexVentures, bit-tieni grupp mistenni jilħaq l-Everest Base Camp sitt ijiem oħra.



